Home Net News Jeħtieġ pjan ħolistiku għall-ilma

Jeħtieġ pjan ħolistiku għall-ilma

28
0
SHARE
Advertisement

– Fredrick Azzopardi, PN

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-WSC, id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi sostna li jeħtieġ li l-pajjiż ikollu pjan ħolistiku tal-ilma biex jilħaq bilanċ bjen diversi aspetti tal-ekonomija.

Fredrick Azzopardi tkellem war il-provvista tal-ilma mill-pjan u qal li l-pajjiż għandu l-inqas rata disponibbbli fl-UE. Id-differenza trid tiġi minn produzzjoni tal-ilma.

L-ilma tal-pjan hu f’kuntatt dirett mal-ilma tal-baħar u jekk il-pajjiż se jibqa’ jittella’ mill-pjan, dan l-ilma , se jitħallat mal-ilma tal-baħar b’konsegwenzi negattivi. L-ilma tal-pjan qed isir dejjem ikta mielaħ tant li għall-bdiewa dan ma jibqax tajjeb għall-agrikoltura.

Jekk il-pajjiż mhux se jsolvi l-problema tal-ilma tal-pjan, l-agrikoltura u l-pajjiż b’mod ġenerali se jkollhom effetti negattivi. In-nquqas ta’ agrikoltura se twassal għal urbanizzazzjoni totali tla-pajjiż; jekk l-ilma tal-pjan ikun effettwat ħażin għax tispiċċa l-agrikoltura, sostna Fredrick Azzopardi.

The post Jeħtieġ pjan ħolistiku għall-ilma appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here