Home Net News Il-membri tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun għandhom jiddefendu l-ħajja

Il-membri tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun għandhom jiddefendu l-ħajja

26
0
SHARE
Advertisement

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella lill-membri tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun biex iżommu l-integrità tagħhom u jibqgħu jiddefendu l-ħajja.

F’diskors fil-parlament fid-dibattitu dwar l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun, Edwin Vassallo qal l l-gvern m’għandux mandatt elettorali biex idaħħal id-donazzjoni tal-gamiti, tal-ispermi u s-surrogazzjoni.

Hu appella lill-Bord tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni biex minkejja kull interess finanzjarju, jibqgħu awtorità li tiddefendi l-ħajja. Il-poplu tilef ħafna istituzzjonijiet li suppost kienu qed jiddefendu liċ-ċittadin u ma jistax jitlef din ukoll.

Hu appella lill-bord biex ma jinxtrawx mill-interessi finanzjarji u biex ma jitilfux l-integrità u l-imparzjalità bħal ma ġralhom istituzzjonijiet oħra. Hu ta’ theddida li l-gvern jiddikjara li l-embrijun m’għandux dirtt għlal-ħajja.

L-Awtorità għandha tirrispetta d-drittijiet umani u d-dritt tat-tarbija li tkun portetta mill-konċepiment. Dawn huma l-qofol tal-etika biex tkun salvata s-soċjetà.

The post Il-membri tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun għandhom jiddefendu l-ħajja appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here