Home Net News Il-Heritage Malta nediet żewġ kotba ġewwa l-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat

Il-Heritage Malta nediet żewġ kotba ġewwa l-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat

66
0
SHARE
Advertisement

Il-Heritage Malta nediet żewġ kotba ġewwa l-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat, b’wieħed minnhom ikun il-verżjoni awdjo ta’ ktieb li ġie ppubblikat iktar kmieni din is-sena.

Il-ktieb ‘Il-Misteru ta’ Taħt is-Siġra tal-Ħarrub’ ta’ David Azzopardi jirrakkonta l-avventuri ta’ seba’ żgħażagħ propju fil-katakombi ta’ San Pawl.  Waqt it-tnedija l-awtur qal li huwa għex it-tfulija u ż-żgħożija tiegħu f’dawn il-katakombi, u l-memorji li kellu u l-imħabba għall-arkeoloġija spirawh biex jikteb dan il-ktieb.  Il-ktieb għandu disinji ta’ Dean Fenech.

It-tieni ktieb imniedi kien il-verżjoni awdjo tal-pubblikazzjoni ‘Valletta – my city, my story’.  Dan il-ktieb huwa l-ewwel wieħed minn erbgħa li se jkunu qed jiġu ppubblikati, u huwa r-rakkont dwar il-bini tal-Belt Valletta mill-Grammastru Jean de Valette.  Il-verżjoni awdjo issa tagħmel din il-pubblikazzjoni aċċessibbli għal udjenza ferm iktar wiesa.

Dan il-ktieb se jkun segwit minn tlieta oħra dwar  l-Imdina, il-Kottonera u ċ-Ċittadella u hu maħsub li dawn il-kotba jiġu wżati mit-tfal fl-iskejjel sekondarji.

F’kelmtejn li għamel waqt it-tnedija, Leone Sciberras, li hu responsabbli għas-sezzjoni tal-kotba awdjo fil-librerija qal li dan il-ktieb se jiżdied ma’ oħrajn li jinsabu f’din is-sezzjoni, li huma għodda mportanti għal min għandu bżonn aċċess għall informazzjoni b’mod awdjo.

Kenneth Gambin qal li huwa ta’ sodisfazzjon kbir għal  Heritage Malta li tkun ta’ għajnuna biex jiżdied l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-wirt Malti, u li kotba bħal dawn huma għodda li jistgħu jgħinu biex jitqanqal  interess ġdid fiż-żgħażagħ lejn il-wirt kulturali.

Kenneth Gambin li huwa Chief Operations Officer tal-Heritage Malta, ppreżenta ż-żewġ kotba lil Margaret Zammit, deputat librar tal-libreriji pubbliċi.













The post Il-Heritage Malta nediet żewġ kotba ġewwa l-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here