Home Net News Il-bidliet li ressaq il-Gvern jistgħu jwasslu għal qbil li jgħaqqad liż-żewġ naħat

Il-bidliet li ressaq il-Gvern jistgħu jwasslu għal qbil li jgħaqqad liż-żewġ naħat

31
0
SHARE
Advertisement

– Stephen Spteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-bidliet li issa l-gvern ressaq għal-liġi tiegħu stess dwar l-IVF, jistgħu jwasslu biex jgħaqqdu liż-żewġ naħat.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun, Stephen Spiteri qal li l-embrjun hu l-bidu tal-ħajja; il-bidu tal-ħajja umana tibda mill-komċepiment u għandha tkun imħarsa. Fl-2012 il-parlament qabel ma’ liġi b’saħħitha li tħares il-ħajja umana.

Din il-liġi saret bla ma kien hemm aspetti li jnaqqsu s-saħħa tal-mara fejn kollox irid isir taħt protokoll. Din kienet liġi li għamlet ġid kif lill-pajjiż fejn kien hemm 127 tarbija li twieldu mill-2012. Jeħtieġ isiru riċerki dwar infertilità iktrr ogħlja f’Malta u għandu jsir investiment fit-teknoloġija biex iktar koppji jkunu mgħejjuna.

Dwar l-emendi li ressaq il-Gvern, id-deputat Nazzjonalista qal li jidher li d-Deputat Prim Ministru wera li hemm affarijiet li l-gvern induna li jħoss li għandhom jinbidlu. L-Opożizzjoni tilqa’ dan iċ-ċaqlieq għaliex dan jista’ jgħaqqad liż-żewġ naħat tal-Kamra iżda fl-istadju ta’ kumitat, l-ideat għandhom jkunu kkunsidrati b’konsultazzjoni wiesgħa biex il-pajjiż ikollu liġi li tħares il-ħajja mill-bidu.

Minflok il-liġi qed tippromwovi soċjetà b’saħħitha li tagħraf is-saħħa ta’ koppja, 100 akkademiku iddikjaraw li l-propopsti tal-Gvern jippreġudikaw il-protezzjoni tal-embrijuni li am jistax jiddefendi lilu nnifsu. L-Oppożizzjoni għandha r-riservi dwar l-emendi għaliex l-Opożizzjoni jinteressaha li l-koppji jkunu mgħejjuna dejn jingħataw il-mediċini bl ħlas. Il-parlament għandu l-obbligu li jħares id-dinjità tal-embrjun, tat-tarbija ġol-ġuf u tat- tfal li jitwieldu minn dawn it-tekonoloġiji assisstivi.

The post Il-bidliet li ressaq il-Gvern jistgħu jwasslu għal qbil li jgħaqqad liż-żewġ naħat appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here