Home Net News Anzjan jintlaqat minn karozza tal-Pulizija

Anzjan jintlaqat minn karozza tal-Pulizija

24
0
SHARE
Advertisement

Anzjan ta’ 72 sena residenti San Ġwann intlaqat minn vettura tal-Pulizija, f’inċident li seħħ fil-17:30 fi Triq Feliċ Borġ, f’San Ġwann.

Il-vettura, tat-tip Fiat Ducato li kienet qed tinstaq minn kuntistabbli stazzjonat fid-distrett ta’ San Ġiljan, li ma ndunax bl-inċident u baqa’ sejjer.

Fuq il-post issejjaħ team mediku u permezz t’ambulanza l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għad mhix magħrufa.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

The post Anzjan jintlaqat minn karozza tal-Pulizija appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here