Home Net News Andre Schembri li sar l-ewwel plejer Malti li ppubblika l-awtobijografija tiegħu

Andre Schembri li sar l-ewwel plejer Malti li ppubblika l-awtobijografija tiegħu

32
0
SHARE
Advertisement

Il-plejer internazzjonali Malti Andre Schembri sar l-ewwel plejer Malti li ppubblika l-awtobijografija tiegħu.

B’episodji sbieħ bħall-gowl kontra l-goalkeeper rinomat Manuel Neuer, il-gowl fl-Europa League kontra Atalanta u l-kliem tal-leġġenda Andrea Pirlo li ddeskrivieh bħala l-itqal avversarju li qatt affaċċja, Schembri jixtieq li l-ktieb tiegħu jispira lit-tfal u żgħażagħ.

Iżda minkejja kollox, għall-Malti li qatta’ għaxar snin jgħix barra minn pajjiżna u waħdu, qabel iżżewweġ lil Clarissa, din l-avventura kienet ukoll waħda diffiċli.

Fuq kollox, il-messaġġ ta’ Schembri hu wieħed ta’ kuraġġ.

Il-ktieb hu pubblikazzjoni ta’ Kite Group, bil-qligħ li se jmur b’risq l-għaqda mhux governattiva Dr Klown. Nhar il-Ħamis 7 ta’ Ġunju, fit-Trophies Lounge ta’ Ta’ Qali, Andre Schembri se jkun qed jiffirma l-kotba f’attività li tibda fl-għaxra ta’ filgħodu tiegħu b’ċans għal dawk li jattendu li jieħdu wkoll ritratt miegħu.

The post Andre Schembri li sar l-ewwel plejer Malti li ppubblika l-awtobijografija tiegħu appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here