Home Net News Siġra quddiem il-Barrakka ta’ Fuq li salvat il-gwerra tinqata’ fil-ħemda tal-lejl

Siġra quddiem il-Barrakka ta’ Fuq li salvat il-gwerra tinqata’ fil-ħemda tal-lejl

42
0
SHARE
Advertisement

Episodju li seħħ bil-moħbi fil-ħemda tal-lejl qed iqajjem rabja kbira hekk kif siġra tal-ballut xiħa li ilha snin twal tikber quddiem il-Barrakka ta’ Fuq inqatgħet minn persuna jew persuni mhux magħrufa.

Fuq Facebook, l-ambjentalist Edward Said tella’ sensiela ta’ ritratti li jixhdu kif din l-istess siġra kien ilha mħawla fil-post sa minn qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, salvat mill-bumbardamenti iżda mhux mill-aġir ta’ dawk li qerduha fl-aħħar sigħat.

Dan hu t-tieni każ fi ftit jiem fejn siġra nqatgħet b’mod misterjuż wara li fil-bidu ta’ dan ix-xahar il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema kellu joħroġ appell biex jiskopri kif siġra tneħħiet mill-Ferries bla ma ħadd induna.

Appell biex jinstab min qaċċat din is-siġra f’Tas-Sliema

The post Siġra quddiem il-Barrakka ta’ Fuq li salvat il-gwerra tinqata’ fil-ħemda tal-lejl appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here