Home One News Mil-lum jibda jinġabar il-ktieb Joseph: 10 Snin Mexxej

Mil-lum jibda jinġabar il-ktieb Joseph: 10 Snin Mexxej

79
0
SHARE
Advertisement

Mil-lum jibda jinġabar il-ktieb Joseph: 10 Snin Mexxej minn dawk li ordnaw il-ktieb b’messaġġ ippersonalizzat miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.

F’dan il-jum l-ewwel grupp ta’ persuni jistgħu jmorru jiġbru l-ktieb huma dawk li għandhom kunjomhom jibda bl-ittra A jew bl-ittra B. 

Dawk li għandhom kunjomhom jibda bl-ittra C, D jew E jista’ jmur jiġbor il-ktieb għada, 29 ta’ Mejju.

Fit-30 ta’ Mejju jistgħu jmorru jiġbru l-ktieb persuni li għandhom kunjomhom jibda bl-F, G, H, I, J, K jew L.

Dawk li kunjomhom jibda bl-ittra M, N, O, P, Q jew R jistgħu jiġbru l-ktieb fil-31 ta’ Mejju filwaqt li dawk li kunjomhom jibda bl-ittra S, T, U, V, W, X, Y jew Z jistgħu jiġbru l-ktieb fl-1 ta’ Ġunju.

 

Il-ktieb jista’ jinġabar miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista bejn id-9:00 ta’ filgħodu u t-20:00 ta’ filgħaxija bil-jum indikat skont l-ewwel ittra tal-kunjom.

Hu importanti li wieħed iġib miegħu l-irċevuta u jekk hemm min m’ordnax kopja personalizzata iżda xorta jixtieq kopja, jista’ jixtri l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista kuljum bejn id-9:00 ta’ filgħodu u t-20:00 ta’ filgħaxija.

Il-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktieb tfakkar l-10 anniversarju mindu Joseph Muscat inħatar bħala l-mexxej tal-Partit Laburista nhar is-6 ta’ Ġunju tas-sena 2008 fejn f’temp ta’ ħames snin irnexxielu jġib l-għaqda kif ukoll wettaq bidliet revoluzzjonarji fl-istruttura tal-partit li waslu għal rebħa storika li ssiġillat l-għażla tal-elettorat u li waslet sabiex Joseph Muscat ikun elett Prim Ministru.

Kull min ser jakkwista din il-pubblikazzjoni ser ikollu l-opportunità li jara ritratti esklussivi li qatt ma ġew ippubblikati qabel kif ukoll jaqra analiżi politika li titratta numru ta’ suġġetti varji fosthom il-firxiet kumplessi tar-realtà kif ukoll wikileaks fost l-oħrajn.

Apparti minn hekk il-qarrejja ser ikollhom l-opportunità li jsiru jafu mill-qrib Dr Muscat kif ukoll is-Sinjura Michelle Muscat permezz ta’ intervista esklussiva li saret mill-Professur Andrew Azzopardi kif ukoll minn Claire Xuereb Grech. Is-suġġetti ttrattati jinkludu l-għażla tal-President tar-Repubblika, il-każ Egrant u d-delitt tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here