Home One News Magħrufa l-finalisti kollha tal-Kampjonat Le Trot

Magħrufa l-finalisti kollha tal-Kampjonat Le Trot

40
0
SHARE
Advertisement

Folla sostanzjali kienet preżenti l-korsa tal-Marsa sabiex jassistu għal 9 tiġrijiet tat-trott ferm ikkumbattuti.  Dawn kienu jinkludu 7 semi finali tal-Kampjonat Le Trot sabiex jiġu magħrufa l-finalisti kollha li se jipparteċipaw fil-finali nhar l-10 ta’ Ġunju.

Il-Prix de Vincennes għall-Klassi Premier offrew spettaklu u għalkemm sitta kienu jgħaddu miż-żewg tiġrijiet l-ebda ġerrej ma żamm lura milli jagħmel l-almu tiegħu u jipprova jżid rebħa oħra. Iż-żagħżugħ Melvin Farrugia wassal iż-żiemel tiegħu Tallien għat-tielet rebħa tas-sena fl-ewwel semi finali filwaqt li Ut de Dompierre ħa t-tieni rebħa konsekuttiva tiegħu taħt il-gwida ta’ Michael Ellul fis-semi finali l-oħra.

F’tiġrija veloċi mill-bidu sat-tmiem Swan des Tesnieres ħa t-tielet rebħa staġonali tiegħu misjuq minn Julian Farrugia fl-ewwel semi finali tal-Prix d’Enghien għall-Klassi Gold. Fis-semi finali l-oħra għal din il-klassi iż-żagħżugħ Gianluca Grech wassal għall-ewwel rebħa f’Malta iż-żiemel tiegħu Uzou.

Fi Klassi Silver u l-Prix de Cabourg kellna tliet semi finali fejn rajna it-tieni rebħa konsekuttiva u l-ħames waħda staġonali għal Vouloir Jenilou misjuq minn Jesmar Gafa’, l-ewwel rebħa f’Malta kemm għal Velvet de Jiel misjuq minn Clint Vassallo kif ukoll Viking Darche misjuq għall-ewwel darba minn Rodney Gatt.

Fil-programm kellna żewġ tiġrijiet normali għall-Klassi Copper li taw it-tielet rebħa staġonali għal Casper du Valo misjuq miż-żagħżugħ Kurt Agius u l-ewwel rebħa tas-sena għal Clark de Cossio misjuq minn sidu Herman McKay.

L-unika tiġrija tal-galopp ma laħqitx l-aspettattivi meta kellna żiemel li rtira qabel it-tiġrija minħabba inċident u saret bejn it-tnejn li kien baqa fejn fl-ebda mument ma resqu qrib xulxin bir-rebbieħ ikun Hoyland Priory li kien qed jirreġista l-ewwel rebħa tiegħu misjuq minn Ryan Schembri li huwa ġerrej pjuttost ġdid u kien qed ukoll jirbaħ għall-ewwel darba.

It-tiġrija tal-ponijiet żagħar bil-lbit intrebħet minn Jaydon Cutajar.

Ritratt: Alex Azzopardi

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here