Home Net News L-isfreġji ambjentali fil-Mellieħa għandhom jitwaqqfu mhux ikomplu fin-Naxxar

L-isfreġji ambjentali fil-Mellieħa għandhom jitwaqqfu mhux ikomplu fin-Naxxar

36
0
SHARE
Advertisement

– Robert Cutajar, PN
-Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella lill-Awtorità tal-Ippjanar biex twaqqaf l-isfreġji ambjentali li qed jitwettqu fil-Mellieħa u biex ma tkomplix dawn l-isfreġji fin-Naxxar.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità tal-Ippjanar Robert Cuatajr qal li t-tmexxija tal-MEPA ħolqot preċedent tikrah f’Ta Masrija fil-Mellieħa fejn tat permessi biex il-bini jitla’ sa tmiem sulari. Din kienet applikazzjoni li fiha kien hemm tliet bidliet. Hu semma’ l-by-pass fil-Mellieħa u qal li parti minnha insterqet biex ikunu akkomodati l-ftit. Hu qal li fil-futur trid toħroġ il-verità kollha dwar min kien responsabbli.

Robert Cutajar appella biex dak li seħħ ma jerġax iseħħ għaliex ftit metri bogħod se titla’ lukanda bi tmiem sulari. Il-MEPA hi kompliċi.

Hu semma n-Naxxar u qal li hemm applikazzjoni għal 500 appartament li jistgħu jibdlu l-karattur tan-Naxxar. Il-MEPA għandha tkun konxja biex ma jitwettqux iktar sfreġji.

The post L-isfreġji ambjentali fil-Mellieħa għandhom jitwaqqfu mhux ikomplu fin-Naxxar appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here