Home Net News Colin Muscat se jingħata l-aħħar tislima nhar l-Erbgħa li ġej

Colin Muscat se jingħata l-aħħar tislima nhar l-Erbgħa li ġej

55
0
SHARE
Advertisement

Il-vittma tal-isplużjoni fil-kamra tan-nar tal-Għaqda Piroteknika 11 ta’ Frar ta’ San Ġwann, se jingħata l-aħħar tislima nhar l-Erbgħa li ġej, fir-Rotunda tal-Mosta, fit-15:30.

Muscat, li kellu 36 sena, miet il-Ħadd filgħaxija wara sigħat ta’ agunija, hekk kif sfortunatament sofra ħruq f’iktar minn 90% ta’ ġismu.

Minbarra d-detentur tal-liċenzja tal-kamra tan-nar, li tinsab f’Tal-Qadi, fis-Salini, limiti tan-Naxxar, weġġa’ wkoll Clint Grima ta’ 25 sena minn Ħad-Dingli, li sofra ħruq fi spalltu waqt li t-tfajla ta’ Colin, Shirona D’Anastasi mill-Mosta, ittieħdet l-isptar minħabba xokk qawwi.

The post Colin Muscat se jingħata l-aħħar tislima nhar l-Erbgħa li ġej appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here