Home One News AĠĠORNAT: Ħaddiem jindarab gravi wara li waqa’ b’gaffa f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal...

AĠĠORNAT: Ħaddiem jindarab gravi wara li waqa’ b’gaffa f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Qormi

47
0
SHARE
Advertisement

Raġel indarab gravi wara li waqa’ b’gaffa f’sit tal-kostruzzjoni f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq l-Imdina, Qormi.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħal Qormi marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li raġel ta’ 50 sena, residenti s-Siġġiewi kien qed jagħmel xi xogħol b’gaffa f’residenza li qed tiġi tranġata, għal xi raġuni s-saqaf li kien fuqu r-raġel ċeda, bil-konsegwenza li waqa’ madwar sular bil-gaffa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here