Home Net News Il-Partit Nazzjonalista se jiddefendi lir-residenti ta’ kull lokalità – David Agius

Il-Partit Nazzjonalista se jiddefendi lir-residenti ta’ kull lokalità – David Agius

56
0
SHARE
Advertisement

F’Ħ’Attard, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament David Agius innota l-ħidma siewa li qed jagħmlu l-Kunsilliera tal-Partit fil-lokalitajiet, partikolarment fejn hemm maġġoranza tal-Partit Nazzjonalista.

Wiegħed biex bħal f’kull lokalità oħra, ir-residenti ta’ Ħ’Attard se jsibu lill-Partit Nazzjonalista jiddefendihom.

David Agius staqsa fejn qed imorru l-40 miljun ewro li l-Gvern qed jonfoq żejjed ta’ kull sena għall-enerġija, filwaqt li dwar l-emendi fil-Liġi għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, qal li għalkemm bi ‘free vote’, il-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni kien magħqud favur il-ħajja.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament temm li kulħadd għandu jkun parti biex il-magna tal-Partit taħdem b’suċċess.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal li t-tariffi għoljin li qed iħallsu n-nies għall-enerġija huma frott Joseph Muscat u Konrad Mizzi.

Hu staqsa jekk il-Gvern Laburista hux jieħu l-miljuni mingħand in-nies għax ma jafx minfejn se jġib l-40 miljun ewro li tilef fil-ftehim mas-Socar.

Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ l-vuċi tan-nies għax jemmen li kulħadd għandu d-dritt għad-dinjità tiegħu.

Filwaqt li fakkar kif iż-żieda li l-Gvern ta lil 400 għalliem tieħodhom Deborah Schembri f’xahar wieħed, il-Partit Nazzjonalista jrid soċjetà li jimpurtaha. Tant hu hekk li mhux se jħalli lil ħadd jiġġieled waħdu, b’Adrian Delia se jiġġieled il-ġlieda ma’ min hu fil-bżonn.






The post Il-Partit Nazzjonalista se jiddefendi lir-residenti ta’ kull lokalità – David Agius appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here