Home First Malta L-Antiċiklun lura fuq Malta – se jġib temp sajfi fuq il-gżejjer minn...

L-Antiċiklun lura fuq Malta – se jġib temp sajfi fuq il-gżejjer minn għada l-Ħamis UV10

73
0
SHARE
Advertisement

Capture

Il-mappa t’hawn fuq turi t-temperaturi għal nhar il-Ħadd, indikazzjoni li s-sħana li se toriġina mill-Afrika se tkun qed tilħaq fuq iċ-ċentru tal-Mediterran fil-ġranet li ġejjin.

Jirritorna l-Antiċiklun, sistema ta’ pressjoni għolja, fuq il-gżejjer Maltin li mistenni jġib temperaturi ogħla u temp ġeneralment sajfi. It-temperaturi se jibdew jgħolew minn għada l-Ħamis bil-livelli tal-UV jilħqu saħansitra 10, li hu pjuttost elevat għal dan iż-żmien.

Il-Ħamis 24 ta’ Mejju, l-ogħla 25C, tinħass 26C

Il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju, l-ogħla 26C, tinħass 27C

Is-Sibt 26 ta’ Mejju, l-ogħla 27C, tinħass 29C

Il-Ħadd 27 ta’ Mejju, l-ogħla 29C, tinħass 30C

Ir-riħ mistenni jbatti wkoll hekk kif mistenni jkun ġeneralment varjabbli u ma jaqbiżx il-Forza 3 matul il-ġranet li ġejjin.

It-temperaturi jilħqu l-ogħla l-Ħadd hekk kif imissu d-29C u jinħassu fuq it-30C, l-ogħla li kienu s’issa matul din is-sena.

Jidher li għall-ġimgħat ta’ wara t-temperaturi se jibqgħu f’dawn il-livelli.

Dejjem segwu l-website il-ġdida tagħna > www.firstmalta.com li turi tbassir tat-temp għall-10 t’ijiem li jmiss. It-tbassir fuq din il-website huwa aġġornat kontinwament.


Untitled-1 copy

Żur il-websajt il-ġdida tagħna, www.firstmalta.com – agħfas hawn issa – tbassir tat-temp għall-10 t’ijiem li ġejjin


L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here