Home One News L-Ispeaker ma jagħtix raġun lil Simon Busutill dwar opinjoni tad-Deputat Prim Ministru

L-Ispeaker ma jagħtix raġun lil Simon Busutill dwar opinjoni tad-Deputat Prim Ministru

48
0
SHARE
Advertisement

Ir-ruling li ta ftit tal-ħin ilu l-Ispeaker Anġlu Farrugia, huwa prova oħra ta’ kemm l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil jaf jitkellem dwar il-liberta tal-kelma, iżda mbagħad ma jaċċettax li persuna jkollu d-dritt li tesprimi l-opinjoni tagħha.

Simon Busuttil ilbieraħ prova jiċċensura lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne milli jesprimi opinjoni fuq id-diskors li Busuttil stess għamel fil-Parlament dwar l-emendi proposti għall-Att għall-Protezzjoni tal-Embrijuni.

F’opinjoni ntitolata Let’s talk – but respect our principles, ippubblikata fil-Malta Independent, tal-bieraħ, it-Tnejn 21 ta’ Mejju, id-Deputat Prim Ministru tkellem dwar il-lingwaġġ użat fil-Parlament waqt id-dibattitu tal-IVF, fejn fost oħrajn esprima l-opinjoni tiegħu dwar dak li fil-Parlament qal l-Onorevoli Busuttil.

L-eks Kap tal-Oppożizzjoni lbieraħ stess ilmenta mal-Ispeaker dwar din l-opinjoni, iżda fir-ruling tiegħu l-Ispeaker qal li ladarba d-Deputat Prim Ministru ma kienx qiegħed jikkwota d-diskors ta’ Simon Busuttil, il-kummenti li kiteb l-Onorevoli Fearne jitqiesu kummenti politiċi.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here