Home Net News Il-PN juri d-dispjaċir tieghu għaż-żieda fil-vjolenza f’Gaza

Il-PN juri d-dispjaċir tieghu għaż-żieda fil-vjolenza f’Gaza

8
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-Komunità Internazzjonali u juri d-dispjaċir tiegħu għaż-żieda fil-vjolenza f’Gaza li waslet biex għexieren tilfu ħajjithom.

Fi stqarrija permezz tal-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Mifsud Bonnici, sar l-appell biex il-partijiet involuti jkunu responsabbli u kawti sabiex is-sitwazzjoni ma tkomplix tmur għall-agħar.

Id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u dimostrazzjonijiet paċifiċi għandhom jiġu rispettati, u l-Partit Nazzjonalista sejjaħ lil Iżrael sabiex jirrispondi b’mod kawt għall-azzjonijiet li jkunu ta’ theddida. L-użu tal-vjolenza trid tkun proporzjonata mingħajr ma tpoġġi f’periklu il-ħajja ta’ nies ċivili b’mod partikolari tfal.

Mifsud Bonnici qal li din il-vjolenza se tkun ta’ detriment biex tinstab soluzzjoni għal żewġ stati kif ukoll għat-taħditiet ta’ paċi bejn iż-żewġ naħat. Il-Partit Nazzjonalista jemmen ukolll li Ġerusalemm bħala belt kapitali għandha issir bi qbil bejn iż-żewġ naħat permezz ta’ negozjati għal paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina.

Il-Partit Nazzjonalista sejjaħ lill-Komunità Internazzjonali biex tassisti għal inizjattivi ta’ paċi biex tinstab soluzzjoni għal dan il-kunflitt.

The post Il-PN juri d-dispjaċir tieghu għaż-żieda fil-vjolenza f’Gaza appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here