Home Net News Inċident fatali jaħsad il-ħajja ta’ Koppi

Inċident fatali jaħsad il-ħajja ta’ Koppi

56
0
SHARE
Advertisement

Inċident tat-traffiku fi Triq Garibaldi l-Marsa s-Sibt għal ħabta tal-10 ta’ filgħaxija, ħasad il-ħajja ta’ sewwieq ta’ 35 sena minn Ħal Kirkop.

Jidher li l-vittma, identifikat bħala Christian Camilleri, kien tiela’ mill-Marsa lejn Santa Luċija hekk kif jidher li tilef il-kontroll tal-karrozza Toyota Corolla, rikeb il-bankina għal fuq il-ħamra u baqa’ dieħel f’siġra.

Tim mediku mill-Emerġenza, li ssejjaħ fuq il-post b’ambulanza, mgħejuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, iċċertifika lil Camilleri mejjet fuq il-post. Il-Pulizija mill-għassa ta’ Raħal il-Ġdid mexxiet l-investigazzjonijiet u mhix teskludi li Christian Camilleri kien fi triqtu lura d-dar wara sajda hekk kif sabu bosta aċċessorji b’rabta mas-sajd fil-karrozza. Evidentament ixxukkjati bix-xena quddiemhom, fuq il-post waslu xi qraba tal-vittma biex raw il-ġisem bla ħajja ta’ Christian Camilleri.

Il-Maġistrat Ian Farrugia kien mgħarraf bl-inċident u ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta, fosthom it-Tabib Forensiku, Mario Scerri, l-espert tekniku, Mario Buttiġieġ u l-Pulizija mit-Taqsima tal-Forensika.

 

The post Inċident fatali jaħsad il-ħajja ta’ Koppi appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here