Home One News Il-ġganti tat-Tritoni bi żjara mhux tas-soltu – Jintervjenu l-Pulizija

Il-ġganti tat-Tritoni bi żjara mhux tas-soltu – Jintervjenu l-Pulizija

51
0
SHARE
Advertisement

Il-Pulizija kellhom jintervjenu meta l-ġganti tat-Tritoni kellhom żjara mhux tas-soltu.

Dan hekk kif xbejba li llum kienet għaddejja minn ħdejn il-funtana tat-Tritoni fil-Belt Valletta, ħatfet l-opportunità ta’ jum sħun u xemxi biex tixxemmex ftit.

L-istess xbejba ntgħefet minn tula fuq xugaman mad-dawra tal-funtana, post li hu magħruf sew biex wieħed jistenna lil xi ħadd li jkun se jiltaqa’ miegħu.

Iżda filwaqt li ta’ madwarha poġġew u stennew jew forsi qalu kelma, hi ma tilfitx minuta biex f’dan il-jum sajfi tgawdi x-xemx kemm tista’.

Kien proprju ftit wara li l-Pulizija kellhom jintervjenu fejn wissew lit-tfajla li dan mhux post adekwat biex wieħed jixxemmex.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here