Home One News Carlo Ancelotti viċin li jinħatar kowċ tal-‘Azzurri’

Carlo Ancelotti viċin li jinħatar kowċ tal-‘Azzurri’

30
0
SHARE
Advertisement

Carlo Ancelotti l-ex attakkant tal-Milan u ex kowċ ta’ bosta timijiet kbar fl-Ewropa huwa mistenni li jinħatar il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Taljan.

Imkejjen viċin il-federazzjoni tal-futbol Taljan ikkonfermaw li saru laqgħat ma’ Ancelotti bl-iskop li joffrulu l-kariga filwaqt li laqgħat oħrajn saru ma’ Roberto Mancini li s’issa jidher li ma tantx kellu appoġġ għall-kariga mill-bqija tal-kumitat eżekuttiv tal-FIGC.

Ancelotti se jkollu biċċa xogħol iebsa biex jerġa’ jqajjem il-glorja tat-tim nazzjonali Taljan li ma rnexxielux jikkwalifika għat-tazza tad-dinja fir-Russja.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here