Home Net News IL-QTIL TA’ CARUANA GALIZIA: Jintilfu l-filmati tal-għaddasa

IL-QTIL TA’ CARUANA GALIZIA: Jintilfu l-filmati tal-għaddasa

33
0
SHARE
Advertisement

Hekk kif dalgħodu fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, sar magħruf illi parti mill-investigazzjoni intilfet.

Suldat li kien preżenti waqt tfittxija mill-għaddasa li saret ħdejn it-tinda tal-patata fil-Marsa, xehed kif inġibdu filmati waqt dawn it-tfittxijiet permezz ta’ GoPro.

Hu qal li meta ntalab jagħti l-filmati lill-Qorti, spjega kif l-SD cards m’għadhomx aċċessibbli. Żied jgħid li l-kollegi tiegħu tat-taqsima tal-informatika ppruvaw jelevaw il-filmati imma dawn ma rnexxielhomx.

Is-suldat qal li ra l-filmati b’għajnejh iżda għal xi raġuni l-filmati m’għadhomx aċċessibbli.

Waqt il-kumpilazzjoni xehed ukoll l-ispettur Spiteri li kien assista fit-tfittxija fir-residenza ta’ George Degiorgio, wieħed mit-tliet akkużati. Hu qal li fl-investigazzjonijiet ġew elevati laptops, mowbajls, tablets, XBox, PlayStation, USB, u CCTV. Instabu wkoll diversi kaxxi ta’ sim cards.

L-esperti investigaw numru sostanzjali ta’ partijiet ta’ sigaretti – 75 minn tieqa fil-Marsa u 31 minn fuq dgħajsa, fost oħrajn.

Il-każ qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.

The post IL-QTIL TA’ CARUANA GALIZIA: Jintilfu l-filmati tal-għaddasa appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here