Home Net News Mewt misterjuża ta’ ġurnalist Russu

Mewt misterjuża ta’ ġurnalist Russu

22
0
SHARE
Advertisement

Ġurnalista investigattiv Russu miet mill-ġrieħi li ġarrab wara li waqa’ minn tieqa ta’ appartament li hu għoli ħames sulari. L-inċident seħħ fit-12 ta’ April, f’Yekaterinburg, u l-ġurnalista, Maksim Borodin – li qatt ma reġa’ ġie f’sensih — kien iddikjarat mejjet ħamest ijiem wara.
Il-mewta, għall-bidu, kienet investigata bħala suwiċidju, waqt li kelliema għall-pulizija qalu li mhux probabbli li l-inċident seta’ seħħ minn xi skop kriminali.
L-appartament ta’ Borodin kienet imsakkra minn ġewwa u ma kien hemm l-ebda sinjal li xi ħadd seta’ daħal hemmhekk bil-forza. Intant, iċ-ċwievet għall-appartament instabu fuq ġewwa u l-investigaturi ma raw l-ebda nota ta’ suwiċidju.
Borodin, li kien jaħdem għall-gazzetta Novy Den, kien jikteb regolarment dwar il-kriminalità u l-korruzzjoni.
Fl-aħħar ġimgħat hu kiteb b’mod estensiv dwar l-imwiet ta’ merċenarji Russi li marru jiġġieldu fis-Sirja u fejn, fost oħrajn, identifika diversi ġellieda li tilfu ħajjithom f’dak il-konflitt.

The post Mewt misterjuża ta’ ġurnalist Russu appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here