Home Net News Ċaqlieq fuq livell Ewropew biex jiddaħħlu miżuri kontra l-iSLAPP

Ċaqlieq fuq livell Ewropew biex jiddaħħlu miżuri kontra l-iSLAPP

18
0
SHARE
Advertisement

L-organizazzjoni internazzjonali ‘Index on Censorship’ ħabbret kampanja biex tqajjem kuxjenza dwar tipi differenti ta’ theddid li jiffaċċjaw il-ġurnalisti f’xogħolhom.

Il-kampanja tħabbret minn Index on Censorship fl-okkażjoni tal-anniversarju tas-sitt xahar minn meta nqatlet brutalment il-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia.

Index on Censorship qalet li madwar id-dinja, negozji multi-miljunarji u politiċi għandhom ħabta jheddu lill-ġurnalisti biex isikktuhom billi jhedduhom bi proċeduri legali li jiswew miljuni ta’ ewro – proċedura magħrufa bħala SLAPP, fejn

Iffaċċjati bit-theddida ta’ proċeduri li ma jispiċċaw qatt u bi spejjeż għoljin ħafna, il-ġurnalisti jispiċċaw ikollhom jisktu.

Imma dwar dan, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qal li din il-Ġimgħa, il-Parlament Ewropew mistenni jaddotta reżoluzzjoni biex permezz tagħha jsejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra miżuri kontra l-iSLAPP.

Tajani kien qed jitkellem ukoll f’għeluq is-sitt xahar mill-qtil tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia. Tajani temm jgħid li l-Parlament Ewropew mhux beħsiebu jistrieħ qabel issir ġustizzja ma’ Caruana Galizia.

The post Ċaqlieq fuq livell Ewropew biex jiddaħħlu miżuri kontra l-iSLAPP appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here