Home Net News Ammont żgħir ta’ flus kontanti misruqa minn ħanut tal-ħwejjeġ fil-Ħamrun

Ammont żgħir ta’ flus kontanti misruqa minn ħanut tal-ħwejjeġ fil-Ħamrun

9
0
SHARE
Advertisement

Ammont żgħir ta’ flus kontanti nsterqu mill-ħanut tal-ħwejjeġ Xiks, fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.

Is-serqa saret tard ilbieraħ filgħaxija u kienet innutata mill-Pulizija li għall-ħabta tal-11.15pm kienu għaddejjin bir-ronda. Huma nnutaw l-isgass fil-ħanut u l-possibbiltà ta’ serq.

Minn informazzjoni li għandu NET News jirriżulta li l-ammont ta’ flus kontanti misruqa kien żgħir, hekk kif għadu mhux ċar jekk hemmx cameras tas-sigurtà fil-viċinanzi li jistgħu jgħinu fl-investigazzjonijiet.

Fuq Facebook, sidt il-ħanut irringrazzjat lill-Pulizija tad-Distrett, tar-Rapid Intervention Unit u tal-Forensika għall-appoġġ li sabu mingħandhom.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

The post Ammont żgħir ta’ flus kontanti misruqa minn ħanut tal-ħwejjeġ fil-Ħamrun appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here