Home One News BIL-FILMAT: Tnejn mejta u oħrajn feruti gravi wara inċident b’double-decker fiż-Żurrieq

BIL-FILMAT: Tnejn mejta u oħrajn feruti gravi wara inċident b’double-decker fiż-Żurrieq

101
0
SHARE
Advertisement

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u numru ta’ persuni oħra indarbu gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ftit tal-ħin ilu fuq double-decker fiż-Żurrieq.

Jidher li siġra li tbaxxiet bir-riħ laqtet lill-persuni li kienu fis-sular ta’ fuq tal-vettura.

Numru t’ambulanzi li ssejħu fuq il-post qed jassistu lill-vittmi, b’dawk li weġġgħu ħafif qed jittieħdu fl-eqreb ċentri tas-saħħa.

Fl-operazzjoni delikata fuq is-saqaf tax-xarabank hemm numru kbir ta’ timijiet mediċi u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

L-Isptar Mater Dei avża fuq Facebook biex in-nies jevitaw li jmorru l-Emerġenza bla bżonn u talab għall-kooperazzjoni mal-uffiċjali fit-toroq.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fakkar fil-Helpline tal-Isptar 25454286.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here