Home One News Is-Separazzjoni tal-Skart Organiku fuq Livell Nazzjonali minn Settembru li ġej

Is-Separazzjoni tal-Skart Organiku fuq Livell Nazzjonali minn Settembru li ġej

48
0
SHARE
Advertisement

Il-proġett pilota tas-separazzjoni ta’ skart organiku fid-djar se jinfirex fuq livell nazzjonali minn Settembru li ġej. Dan kien ikkonfermat waqt żjara li l-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli kellha fil-faċilitajiet tal-WasteServ fil-Magħtab li matulha qalet li s-separazzjoni ta’ skart organiku jista’ jikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex tiżdied ir-rata ta’ skart li jiġi rriċiklat.

Bħalissa l-iskart organiku jammonta għal madwar ħamsin fil-mija tal-borża s-sewda.

Skont l-aktar statiska riċenti maħruġa mill-Eurostat, r-rata ta’ skart li ġie rriċiklat fl-elfejn u sittax tammonta għal sebgħa fil-mija tal-iskart kollu li ġie ġġenerat.

Miriam Dalli qalet li dan juri kif pajjiżna għadu ferm il-bogħod milli jilħaq il-miri stabbiliti biex sal-elfejn ħamsa u tletin inkunu qed nirriċiklawħamsa u sittin fil-mija tal-iskart.

B’referenza għall-impjant li jipproduċi l-enerġija mill-iskart u li se jkun qiegħed jitwaqqaf fil-faċilità tal-WasteServ fil-Maghtab, Dalli qalet li dan il-proċess huwa importanti imma għandu jkun kumplimentari għar-riċiklaġġ. Fl-istess waqt, spjegat li jeżisti materjal bħal pereżempju l-plastik li jista’ jiġi rriċiklat għal ammont ta’ drabi biss.

Fi Frar, il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera ħabbar il-pjan sabiex jiġi nstallat impjant fil-faċilità tal-Magħtab li huwa mistenni jkun lest sal-elfejn, tlieta u għoxrin u jibda jipproċessa mija u erbatax-il elf tunnellata ta’ skart ta’ kull sena li jinbidel f’enerġija.

Dalli spjegat ukoll li kien hemm żvilluppi fit-teknoloġija ta’ dawn l-impjanti kemm ambjentali kif ukoll bħala effiċjenza.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here