Home Net News “Leħen il-mara għandu jinfiltra l-istrutturi tal-Partit” – Adrian Delia fl-AGM tal-MNPN

“Leħen il-mara għandu jinfiltra l-istrutturi tal-Partit” – Adrian Delia fl-AGM tal-MNPN

57
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Adrian Delia qatt mhu se jkun favur l-abort, tkun xi tkun iċ-ċirkostanza. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista fil-Laqgħa Ġenerali tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista li fiha ferħilhom tal-pożizzjoni li ħa l-istess Moviment dwar il-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf fil-liġi tal-vjolenza domestika.

Din il-mozzjoni titlob kemm li tiġi mħarsa t-tarbija sa mill-konċepiment, anki f’każi ta’ vjolenza domestka, u li jiħraxu l-pieni fuq kwalunkwe vjolenza. Dan jingħeleb mgħelba b’iktar għarfien fuq relazzjoni b’saħħitha bejn il-koppji miżżewġa u dawk mhumiex.

Delia fakkar kif daħħal il-portafol tal-abbort fix-shadow cabinet wara li lura fis-sajf kien bassar kif l-aġenda tal-Gvern kienet se tissokta biex tnawwar l-morali tal-pajjiż. Il-PN ma kellux oġġezzjonijiet għal kif ġiet irratifikata l-Konvenzjoni ta’ Istanbul iżda lmenta bil-qawwa għal mod kif il-Ministru Helena Dalli neħħiet ir-referenza tat-tarbija tal-ġuf minħabba r-referenza għalihom bil-kelma “dixxindent”, liema argument rrenda b’mod assurd mill-Avukat Ġenerali fejn taha raġun lill-argument imressaq mill-Partit Nazzjonalista.

Leħen il-mara għandu jinfiltra fl-istrutturi kollha tal-Partit u l-Kap tal-PN irid li l-vuċi tagħhom tinstema’ f’kull ħaġa li tikkonċernahom. Meta n-nisa jwasslu l-ħsieb distint tagħhom minn tar-raġel, dawn jagħtu ħajja ġdida lill-Partit b’mod parteċipattiv dirett. Delia appella għall-kuraġġ tagħhin f’dan ir-rigward biex il-Partit jistgħana bl-ideat.

Il-Partit Nazzjonalista kapaċi joffri alternattiva amministrattiva lll-pajjiż u jrid juri dan lill-poplu sabiex ikunu lesti jafdaw il-vot tagħhom lill-Partit. Il-messaġġ tal-Partit irid jinfiltra kull qasam tal-ħajja, mid-djar u l-kċejjen sal-każini u t-toroq tagħna.

Fil-bidu tal-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista radd ħajr lill-President tal-Moviment Nisa tal-Partit Nazzjonalista, Barbara Buttiġieġ tal-ħidma sfieqa fi ħdan il-Partit. Hi rringrangazzjat lill-membri kollha tal-MNPN tal-kooperazzjoni u awgurat kull suċċess fil-ħidma tal-kumitat il-ġdid.

Il-kumitat il-ġdid tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista issa jikkonsisti minn: Doris Apap, Charlene Buttiġieġ Farrugia, Liz Said Curmi, May Bartolo, Claudette Delia, Anna Calleja, Carmen Vella, Simone Aquillina, Tiziana Grima, Claire Sinagra, Tiffany Abela Wedge Louise cilia, Sandra Smart Costantino, Mary Mangion, Roberta Adriana Sultana.

The post “Leħen il-mara għandu jinfiltra l-istrutturi tal-Partit” – Adrian Delia fl-AGM tal-MNPN appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here