Home Net News Il-Maltin b’suċċess fit-Davis Cup

Il-Maltin b’suċċess fit-Davis Cup

34
0
SHARE
Advertisement

It-tim Malta magħmul minn Matthew Asciak, Omar Sudzuka, Denzil Agius u Matthew Cassar Torreggiani u l-captain John Sciberras rebaħ lit-tim (seed No. 1) ta’ Moldova llum ġewwa Montenegro 2-1. Malta lbieraħ rebħet lil Kosovo 3-0.

Fl-ewwel logħba Omar Suzuka tilef kontra Maxim Bulat, 6/2, 6/1, iżda l-plejer numru wieħed ta’ Malta Matthew Asciak lagħab waħda mill-aħjar logħbiet bi prestazzjoni eċċellenti u rebaħ lil Alexander Vitcov 6/1, 6/2.

Fil-logħba deċiżiva Asciak u Sudzuka lagħbu kontra Dontu Vasilii u Eqgor Matvievici fejn mill-ewwel rebħu s-service ta’ l-avversarji u żammew is-service tagħhom fejn rebħu l-istess set 6/3.

Fit-tieni set Malta reġgħet kissret is-service tal-avversarji fl-ewwel logħba, u b’vantaġġ tajjeb spiċċaw rebħu l-logħba 6/2.

Din hija l-ewwel darba li t-tim Malti rebaħ lill-aversarji l-aktar kwotati ta’ Moldova.

Ghada Malta tilgħab kontra Lichtenstein għar-rebħ tal-grupp.

The post Il-Maltin b’suċċess fit-Davis Cup appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here