Home One News Ser jiġu ordnati disa’ saċerdoti ġodda

Ser jiġu ordnati disa’ saċerdoti ġodda

40
0
SHARE
Advertisement

Il-Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall-ordinazzjoni ta’ disa’ saċerdoti.

L-ordinazzjoni presbiterali ta’ dawn iż-żgħażagħ: żewġ djakni djoċesani u seba’ reliġjużi ser issir nhar is-Sibt, 7 ta’ April 2018, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:15 a.m. Id-disa’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Dawn huma:

 Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi,
 Fra Jethro Bajada tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
 Rev. Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq,
 Rev. Bernard Micallef mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien,
 Rev. Kenneth Micallef, Salesjan ta’ Dun Bosco,
 Fra Kurt Mizzi tal-Ordni Karmelitan,
 Fra Elmar Pace tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
 Rev. Giovann Tabone tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u
 Rev. Alex Zammit tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni presbiterali u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti nhar is-Sibt li ġej.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here