Home One News KONFERMA TA’ TNAQQIS FIL-FAQAR U L-ESKLUŻJONI SOĊJALI

KONFERMA TA’ TNAQQIS FIL-FAQAR U L-ESKLUŻJONI SOĊJALI

40
0
SHARE
Advertisement

Ċifri tal-Eurostat ppubblikati Tlieta jikkonfermaw li fl-aħħar ħames snin il-persuni f’Malta li kienu f’riskju ta’ faqar u f’esklużjoni soċjali naqsu b’mod drastiku tant li niżlu taħt iċ-ċifri rreġistrati fl-2010.

Iċ-ċfri juru li bejn l-2010 u l-2013, in-numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar kienu qed jiżdiedu minn sena għal oħra. Din ix-xejra twaqqfet u nqalbet ta’ taħt fuq mill-2014 meta minn dakinhar sal-lum il-persuni f’riskju ta’ faqar f’Malta naqsu saħansitra taħt il-livell tal-2010. Fil-fatt iċ-ċifri naqsu minn 24 fil-mija għal 20 fil-mija fl-2016.

L-istatistika turi wkoll tnaqqis qawwi fl-għadd ta’ persuni li kienu mċaħħda severament mill-aktar affarijiet bażiċi tant li r-rata ta’ Malta hija ferm anqas mill-medja Ewropea. Hawn ukoll waqt li r-rata żdiedet b’mod qawwi bejn l-elfejn u ħdax u l-elfejn u erbatax, il-persuni mċaħħda mill-ħtiġijiet tal-ħajja ta’ kuljum naqsu b’mod qawwi fl-2015 u b’rata ferm akbar matul l-2016 bir-rata tinżel għal 4.4 fil-mija, kważi n-nofs tal-medja Ewropea li kienet ta’ 7.5 fil-mija.

Persuni li jitqiesu li għandhom deprevazzjoni materjali huma dawk li ma jaffordjawx erba’ minn disa’ nefqiet fosthom li jieklu laħam u ħut darba iva u darba le.

Dwar in-numru ta’ persuni li kienu jgħixu fid-djar fejn l-intensita tax-xogħol kienet waħda baxxa ħafna, iċ-ċifri juru tnaqqis kbir bejn l-2014 u l-2016 bir-rata tinżel għal 7.3 fil-mija.

Il-polItika tal-Gvern fil-qasam tal-enerġija ġabet magħha wkoll differenza kbira fil-ħajja tal-familji Maltin u l-Għawdxin. Fil-fatt in-nies li ma setgħux iżommu d-dar sħuna b’mod xieraq f’Malta naqsu b’mod drastiku bejn l-2013 u l-2016.

Waqt li bejn l-2010 u l-2013 il-Maltin li ma setgħux isaħħnu d-djar tagħhom b’mod xieraq bdew jiżdiedu minn sena għal oħra u laħqu l-ogħla livell fl-2013 b’aktar minn tlieta u għoxrin fil-mija, fl-2015 iċ-ċifra waqgħet għal 13.9 fil-mija u għal 6.8 fil-mija fl-2016. Din kienet tfisser għall-ewwel darba wkoll f’sitt snin niżlet taħt il-medja Ewropea ta’ 8.7 fil-mija.

Iċ-ċifri tal-Eurostat juri wkoll tnaqqis qawwi fost il-Maltin li kienu jgħixu fi djar b’kundizzjonijiet ħżiena fosthom dħul ta’ ilma mis-soqfa. Fil-fatt dawn naqsu minn kważi tnax fil-mija fl-2013 għal kważi disgħa fil-mija fl-2016, jiġifieri sitta fil-mija taħt il-medja Ewropea.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here