Home Net News Inawgurat il-pavimentar tal-Bażilika tal-Karmnu fil-Belt

Inawgurat il-pavimentar tal-Bażilika tal-Karmnu fil-Belt

32
0
SHARE
Advertisement

Ġimgħa festi għall-Karmelitani Beltin bdiet bl-inawgurazzjoni uffiċjali tal-pavimentar tal-irħam tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta lbieraħ filgħaxija.

Il-programm beda b’quddiesa kantata fil-Knisja tal-Madonna tal-Pilar u kienet segwita minn purċissjoni lejn is-Santwarju mmexxija mill-Provinċjal tal-Ordni Karmelitan, Patri Alexander Vella O.Carm fejn hemm sar il-ftuħ uffiċċjali tal-bieb il-kbir tal-Bażilika u kxif ta’ rħama komemorattiva. Wara saret l-inawgurazzjoni tal-ambone l-ġdid.

Ix-xogħol, li sewa man-nofs miljun ewro, sar fuq disinn tal-Kavallier Joseph D’amato, l-istess artist li ħadem l-iskultura tal-Bażilika fil-ġebel, u nħadem mid-ditta Cooperattiva Lago di Marsini di Carrara tal-Italja.

The post Inawgurat il-pavimentar tal-Bażilika tal-Karmnu fil-Belt appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here