Home Net News Anzjan passiġġier ta’ 95 sena iweġġa’ gravi wara li karrozza baqgħet dieħla...

Anzjan passiġġier ta’ 95 sena iweġġa’ gravi wara li karrozza baqgħet dieħla f’siġra

20
0
SHARE
Advertisement

Anzjan passiġġier ta’ 95 sena weġġa’ gravi u kellu jinħareġ mill-vettura tat-tip Toyota Yaris wara li għal xi raġuni l-karrozza li kien riekeb fiha tilfet il-kontroll u daħlet f’siġra.

L-inċident seħħ fl-4:15pm fejn it-traffic lights fid-daħla ta’ Ta’ Qali li wassal biex l-anzjan indarab serjament.

Issejħet ukoll ambulanza fil-post. Il-karrozza kienet qed tinstaq minn anzjana ta’ 70 sena iżda l-kundizzjoni tagħha għadu mhux magħruf. It-tnejn huma residenti r-Rabat.

Fi Triq Valletta f’Ħ’Attard inħolqot konġestjoni minħabba dan l-inċident.

The post Anzjan passiġġier ta’ 95 sena iweġġa’ gravi wara li karrozza baqgħet dieħla f’siġra appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here