Home Net News Titkompla ħolma ta’ missier minn uliedu

Titkompla ħolma ta’ missier minn uliedu

28
0
SHARE
Advertisement

Għal Ġuże’ Deguara, l-istatwa tal-Irxoxt tan-Naxxar hija ħolma li ma laħqitx saret realtà.

Ġuże Deguara huwa l-benefattur ta’ statwa tal-Irxoxt oriġinali f’Malta.

Statwa oriġinali li din is-sena se tiżżanżan għall-ewwel darba bħala statwa kompletament lesta. Fl-istatwa tal-Irxoxt tan-Naxxar, il-figura ta’ Kristu hija maqtugħa mill-art u qed iżomm biss bil-liżar li l-burdura tiegħu hija tad-deheb.

Madankollu, għalkemm din l-istatwa, li tinsab fil-Knisja tan-Naxxar, ġiet imħalsa minn Ġuże, hu laħaq miet u ma laħaqx raha lesta.

Wieħed mit-tfal ta’ dan il-benefettur huwa l-eks Ministru Louis Deguara.

L-istatwa ġiet inawgurata tliet snin ilu iżda dis-sena se tkun l-ewwel darba li se toħroġ biż-żebgħa lesta. Dan hekk kif is-sena l-oħra ħarġet fil-purċissjoni fuq l-injam biss.

L-istatwa l-antika tal-Irxoxt, dik li kienet magħmula mill-kartapesta, tinsab fil-mużew tal-Knisja.

The post Titkompla ħolma ta’ missier minn uliedu appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here