Home One News Il-PM reġa’ ħares l-interess tal-poplu Malti bil-fatti

Il-PM reġa’ ħares l-interess tal-poplu Malti bil-fatti

53
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Laburista jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti laqgħet l-argumenti tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, b’rabta mal-każ ta’ Triq Zekka, fil-Belt Valletta. Dan il-każ ċivili nfetaħ mill-Prim Ministru fil-kapaċità tiegħu biex jiddefendi l-interess tal-poplu Malti wara rapport tal-Awditur Ġenerali u l-Qorti tatu raġun fis-sentenza tagħha.

Bis-sentenza tagħha l-Qorti ġabet fix-xejn il-kritika tal-Partit Nazzjonalista li kien tkellem kontra din il-kawża tal-Prim Ministru għax qal li hija logħba u saħansitra kien intqal li l-Prim Ministru fetaħ każ kontra tiegħu nnifsu.

Fil-fatt din il-kawża setgħet infetħet minn kull deputat parlamentari inkluż l-eks Kap tal-Oppożizzjoni u l-kelliema tal-PN dwar is-suġġett.

Iżda, kien biss il-Prim Ministru li wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali ħa l-inizjattiva biex ikun imħassar il-ftehim li sar mas-Sur Gaffarena. Altru milli l-Prim Ministru fetaħ każ kontra tiegħu nnifsu.

Dan il-każ reġa’ wera għal darb oħra kif f’pajjiżna taħdem ir-rule of law, fejn lil hinn mill-ispin politiku il-Prim Ministru ħa l-azzjonijiet legali meħtieġa biex iddefenda lill-poplu Malti. Dan intqal mill-Partit Laburista fi stqarrija.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/03/27/il-qorti-tiddeciedi-favur-il-kawza-tal-pm-fil-kaz-gaffarena/

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here