Home One News Inbid Għawdxi jirbaħ midalja tal-fidda fi Franza

Inbid Għawdxi jirbaħ midalja tal-fidda fi Franza

41
0
SHARE
Advertisement

L-annata tal-2017 tal-Victoria Heights Chardonnay, D.O.K. Gozo Superior, rebħet midalja tal-fidda fil-25 edizzjoni tal-kompetizzjoni prestiġjuża tal-inbid Chardonnay du Monde. Din tkun  organizzata mill-Forum Oenologie ġewwa Franza.

L-inbid rebbieħ hu prodott ta’ Emmanuel Delicata Winemaker. Kien l-unika sottomissjoni minn din il-winery u l-uniku nbid rebbieħ minn Malta għal din is-sena.

Delicata diġa’ kisbet suċċessi oħrajn f’dan l-avveniment internazzjonali tal-inbid. Sal-lum, din il-winery diġa’ rebħet 15-il midalja għall-inbejjed Chardonnay – erbgħa  għal Victoria Heights, sitta għal Grand Vin de Hauteville u ħamsa għal Gran Cavalier.

Ix-Chardonnay du Monde hi organizzata fix-Château des Ravatys, il-wine estate tal-Istitut Pasteur f’Saint Lager fir-reġjun tal-inbid Burgundy ġewwa Franza, liema reġjun hu l-qalba tal-varjetà Chardonnay.Din il-kompetizzjoni tal-inbid, li issa ilha għaddejja għal għadd ta’ snin, tattira l-aqwa Chardonnays fid-dinja. L-avveniment għax-Chardonnay hu meqjuz bħal ma huma l-Wimbledon Championships għat-tennis, is-Circuit de Monaco għall-Formula 1, jew it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA għall-futbol.

Din is-sena, ix-Chardonnay minn Għawdex ta’ Delicata kkompeta ma’ 679 kampjun tal-inbid ieħor minn 39 pajjiż. Wara tlett ijiem ta’ ġurija f’Marzu, il-bordijiet ta’ esperti – li jduqu l-inbejjed mingħajr ma jkunu jafu l-identitajiet tagħhom – ippremjaw 226 inbid.

Il-kompetizzjoni tkopri l-istili kollha tal-inbid, inklużi xampanji u nbejjed frizzanti oħra, dejjem magħmula mill-varjetà Chardonnay, minn tipi eħfef u dry minn reġjuni Ewropej għal eżempji aktar robusti u oaked minn pajjiżi ewlenin li jipproduċu dan l-inbid bħalma huma l-Awstralja u Kalifornja, fl-Istati Uniti.

Is-sottomissjonijiet inkludew xi wħud mill-aqwa denominazzjonijiet ta’ Chardonnay minn Franza bħalma huma grands u premiers crus minn Rully, Chablis, Meursault u Pouilly-Fuissé.

Il-Victoria Heights Chardonnay tal-2017, li hu unoaked, jitkabbar f’ħamrija kalkarja u magħmul minn għeneb maqtugħ bl-idejn minn għelieqi ta’ daqs żgħir f’Għawdex. Ir-riżultat hu dan l-inbid delikat, li għandu jinżel tajjeb l-aktar ma’ dawk li jħobbu t-togħma tal-frott tropikali li kapaċi toffri din l-għenba. L-inbid imur tajjeb ħafna ukoll ma’ ikel vegan, filwaqt li l-flixkun tal-ħġieġ hu eco-friendly għax jista’ jkun ritornat lura.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here