Home Net News Il-Maltin li jgħixu barra l-pajjiż għandhom jivvutaw fil-pajjiż fejn jgħixu

Il-Maltin li jgħixu barra l-pajjiż għandhom jivvutaw fil-pajjiż fejn jgħixu

34
0
SHARE
Advertisement

– Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina appella biex mill-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew li jmiss, il-Maltin li jgħixu barra jingħataaw l-opportunità li jivvutaw barra l-pajjiż.

Fil-parlament, Karol Aquilina qal li fl-aħħar elezzjoni l-Gvern nefaq €1.7 miljun fuq il-persuni vvaġġjaw biex ġew jivvutaw Malta; li ammontaw għal 1,700 persuna minn 22 ajurport differenti.

Karol Aquilina tkellem ukoll dwar l-arrest taċ-Chairman tal-Pilatus Bank u qal li hemm sitt kapi ta’ akkużi kontra Ali Sadr li jammonatw għal 125 sena. Dawn ir-reati huma koperti wkoll f’Malta bil-liġijiet lokali fosthom dik dwar il-ħasil tal-flus. Id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan ħass li dan hu każ ta’ profil ogħli fejn anki qal x’passi ħa l-Gvern Amerikan.

Ali Sadr kien ilu mill-2013 taħt investigazzjoni mill-Gvern Amerikan u mill-FIAU dwar ħasil ta’ flus. Minkejja dan ħadd f’Malta ma ħa passi kontrih. Hu qal li Sadr, jew gideb lill-MFSA inkella l-MFSA ma kinitx taf meta approvat il-liċenzja tal-Bnak.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-MFSA tagħmel due diligence għal kull liċenzja iżda din is-sistema ma sabet ebda nuqqas fil-konfront ta’ Sadr meta hu kien qed ikun stabbilit li qed ikun investigat mill-Gvern Amrikan. Il-Gvern għanud jieqaf ipoġġi l-interessi tal-kriminali bħal Ali Sadr li qed jinqdew b’Malta biex jagħmlu atti kriminali u jpoġġi l-interessi tal-pajjiż bħala pirjorità.

The post Il-Maltin li jgħixu barra l-pajjiż għandhom jivvutaw fil-pajjiż fejn jgħixu appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here