Home One News Talbiet ġodda għall-IVF f’Mater Dei kull ġimgħa

Talbiet ġodda għall-IVF f’Mater Dei kull ġimgħa

52
0
SHARE
Advertisement

L-importanza u l-popolarità tas-servizz tal-IVF f ’Mater Dei jirriżulta mill-fatt li ta’ kull ġimgħa qed ikun hemm każi ġodda rreġistrati f ’Mater Dei minn ġenituri prospettivi. Huwa mir-rapport annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun li dan joħroġ b’mod ċar. Dan ħareġ f’rapport li deher fil-gazzetta Kullħadd.

Fih jingħad ukoll li dan iżid mal-impenn tal-Awtorità li trid tanalizza l-każi ta’ kull xahar għaliex id-deċiżjonijiet jittieħdu mhux bl-ewwel li daħlu, iżda bl-urġenza għat-trattament. Is-sena li għaddiet kien hemm 158 koppja li t-talba tagħhom għat-trattament kienet analizzata mill-kumitat. Fost dawk li għaddew mill-proċeduri kien hemm 62 koppja li kienu ilhom għaddejjin minn esperjenza ta’ infertilità għal għal tliet snin, u 51 koppja li kienu ilhom għaddejjin minn din l-esperjenza għal erba’ snin, filwaqt li jistennew għal sentejn u ħames snin kien hemm 46 koppja f ’kull każ.

Saħansitra kien hemm każi ta’ koppji li kienu ilhom jistennew 13 u 14-il sena. Mill-istess rapport jirriżulta li s-sena li għaddiet f ’pajjiż- na saru 304 ċikli ta’ IVF. 229 minn dawn iċ-ċikli saru flIsptar Mater Dei filwaqt li 75 ċiklu saru fis-settur privat. Dawn it-304 ċikli wasslu għal 66 tqala, 21.71%. Minn dawn, 12-il mara sofrew korriment, 22 kellhom tarbija filwaqt li 32 għadhom qed jistennew tarbija. Matul l-2017 twieldu 48 tarbija, 24 bniet u 24 subien minn ċikli li saru fl2016 (April sa Novembru). B’hekk, it-total ta’ trabi blIVF minn ċikli li saru fl2016 kien ta’ 62, 29 bniet u ta’ 33 subien. It-take-home baby rate għall-2016 kienet ta’ 20.15%.

Minn ċikli li saru fl-2017 diġà twieldu 28 tarbija, 13-il tifel u 15-il tifla. Mistennija jitwieldu 36 tarbija oħra minn ċikli li saru fl-2017 biex b’hekk it-total ta’ trabi li jkunu twieldu b’ċikli ta’ IVF li saru matul l-2017 mistenni jkun ta’ 64 tarbija. Mitlub jikkummenta dwar dan ir-rapport id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, qal li jinsab kburi bis-suċċessi li qiegħed ikollna bl-IVF fl-Isptar Mater Dei. “Anke r-rapport għall-2017 tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun, juri li aktar koppji qegħdin jagħżlu t-trattamenti tal-IVF f ’Mater Dei,” qal Chris Fearne. “L-ewwel attività tiegħi ta’ din is-sena kienet proprju avveniment fejn irrikonoxxejna l-ewwel mitt wild li twieldu bl-IVF f ’Mater Dei.

Illum, tliet xhur wara n-numru ta’ trabi mwielda bl-IVF li sar f ’Mater Dei żdied għal 119. Dawn huma l-aktar figuri li jagħtuna sodisfazzjoni, 119- il tarbija ġdida. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin niddiskutu emendi biex aktar koppji jkunu jistgħu jaċċessaw din il-liġi,” qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here