Home Malta Winds Il-PN qed jesiġi trasparenza fuq ix-xiri ta’ ishma fil-Lombard

Il-PN qed jesiġi trasparenza fuq ix-xiri ta’ ishma fil-Lombard

37
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Nazzjonalista qed jistenna li jkun hemm trasparenza fid-deċiżjoni tal-Gvern li jixtri
ismha fil-bank Lombard mill-fondi tal-IIP. Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jtenni l-pożizzjoni
tiegħu f’Diċembru li għadda meta fondi mill-IIP intuzaw biex inxtraw ishma tal-Bank of
Valletta.

L-Oppozizzjoni dakinhar kienet sosniet li dan imur kontra il-provedimenti tal-liġi kif
approvato mill-Parlament. Dawn il-provedimenti jinkludu 12 il-oġġettiv li għalihom jistgħu
jintużaw il-fondi ta din l-iskema. L-oġġettivi jvarjaw minn inizjattivi biex isiru proġetti
b’għan soċjali, edukattivi, u li jgħinu biex jitkattru l-postijiet tax-xogħol. Oġġettivi oħra
jitkelmu fuq miżuri biex tissaħħaħ il-governanza tajba u fuq inizjattivi favur is-saħħa u l-kura
tal-anzjani. L-ebda wieħed minn dawn l-oġġettiv ma jkopri ix-xiri ta’ ishma fil-banek.

L-Oppozizzjoni tinnota ukoll dak li ġie rappurtat mill-midja li sorsi qed jgħidu li dan il-pass
huwa wieħed temporanju. Għalhekk qed titlob lill-Gvern li jimxi bit-trasparenza u jispjega:

(1) ir-raġunijiet wara dan il-pass u kif dawn jorbtu mal-provvedimenti tal-liġi tal-IIP;

(2) jekk hux vera li dan huwa pass temporanju u

(3) x’metodu se juza biex jiddisponi minn dawn lishma u meta.

Il-Partit Nazzjonalista jqis li l-qafas tas-settur bankarju huwa wieħed b’saħħtu u kompetittiv u
għalhekk m’għandux jinbidel dan il-mudell. Il-Gvern għandu wkoll jikkonsulta mas-settur
qabel jieħu dawn id-deċiżjonijiet u l-fondi tal-IIP għandhom jintużaw għal kawżi soċjali u liżvilupp.

The post Il-PN qed jesiġi trasparenza fuq ix-xiri ta’ ishma fil-Lombard appeared first on maltawinds.com.

Original article found on Malta Winds

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here