Home One News Il-Gvern jaqbel dwar ix-xiri tal-ishma fil-Lombard Bank filwaqt li jemmen f’trasparenza sħiħa

Il-Gvern jaqbel dwar ix-xiri tal-ishma fil-Lombard Bank filwaqt li jemmen f’trasparenza sħiħa

45
0
SHARE
Advertisement

Il-Gvern, filwaqt li jaqbel mad-deċiżjoni indipendenti li ttieħdet mill-Fond Soċjali u Żvilupp Nazzjonali (NSDF) biex jinxtraw ishma tal-Lombard Bank, jemmen ukoll li għandu jkun hemm trasparenza sħiħa u jemmen li hemm modi kif dan iseħħ filwaqt li tkun rispettata l-integrità u indipendenza ta’ dan il-Fond, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu minn professjonisti bla indħil mill-Gvern.
Fi stqarrija l-Gvern qal li huwa konvint li din id-deċiżjoni ttieħdet f’qafas ta’ żvilupp, liema fondi iktar ma jitkattru iktar isaħħu l-fondi li jintużaw għal skopijiet soċjali.

Sostna li ta’ min ifakkar li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni kien u għadu kontra l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, liema programm qed iwassal biex Malta jkollha fondi li tuża għal skopijiet soċjali u ta’ żvilupp. Li kien għall-Oppożizzjoni, dan il-fond ma jeżistix.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here