Home One News BIL-FILMAT: Ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest it-tliet suspettati bil-bomba fil-Fgura

BIL-FILMAT: Ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest it-tliet suspettati bil-bomba fil-Fgura

156
0
SHARE
Advertisement

10:10: It-tliet akkużati ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom.

Id-difiża ma għamlet l-ebda talba għall-ħelsien.

10:05: Jonathan Farrugia nstab fil-pussess ta’ droga Ii ma’ kinitx għall-użu tiegħu.

It-tliet akkużati huma riċedivi għal diversi sentenzi li ngħataw fil-passat. Il-Qorti se tissekwestra l-flejjes kollha u l-propjeta’ tagħhom.

Lorenzo Callus ma wieġeb għall-ebda mistoqsija li għamlitlu l-Qorti iżda huwa wieġeb mhux ħati.

Paul Farrugia ma wieġeb għall-ebda mistoqsija li għamlitlu l-Qorti iżda huwa wieġeb mhux ħati.

Jonathan Farrugia ma wieġeb għall-ebda mistoqsija u la wiegeb ħati u anqas mhux ħati iżda l-Qorti ħaditha li l-akkużat wieġeb mhux ħati.

9:55: L-Ispettur Keith Arnaud beda jisjpega kif ġew arrestati t-tliet akkużati. Il-Maġistrat Aaron Bugeja kkonvalida l-arrest u l-avukati difensuri ma’ oġġezzjonawx għal dan.

Huma qed jiġu mixlija li fl-4 ta’ Jannar u fix-xhur ta’ qabel iffinanzjaw għaqda biex iwettqu reati kriminali bil-ħsieb li joqtlu lil Mario Scicluna jew lil Elaine Galdes jew ipoġġu hajjithom fil-periklu.

Huma qed jiġu akkużati wkoll li assoċjaw ruħhom ma’ persuni oħra bil-għan li jagħmlu dellit bl-użu ta’ splussiv.

Lorenzo Callus qed jigi akkużat ukoll li fil-15 ta’ Marzu, fil-Qrendi u fi bnadi oħra, kellu fil-pussess tiegħu jew ġarr armi tan-nar u munizzjon mingħajr licenzja. Hu qed jiġi akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu pjanta u raża tal-kannabis u kif ukoll fis-snin ta’ qabel kellu fil-pussess tiegħu l-eroina. Huwa kellu wkoll fil-pussess tiegħu ta’ 24 kaxxa, ħamsin kartuna ta’ sigaretti ta’ tip ieħor. Huwa riċediv għal sentenza oħra li ngħatat fis-sena 2014.

Paul Farrugia qed jigi akkuzat ukoll li fix-Xgħajra kellu fil-pussess tiegħu sigaretti bla dazju dan bil-hsieb li jwettqu frodi. Qed jingħad li dawn is-sigaretti għandhom valur ta’ €580.

9:45: It-tliet suspettati  huma l-aħwa Jonathan u Paul Farrugia flimkien ma’ Lorenzo Callus.

Particivile għal Mario Scicluna se jidher l-Avukat Mario Mifsud.

Għall-akkużati qed jidhru l-Avukati Roberto Montalto, Franco Debono  u Christopher Saliba.

Aktar Qabel: Dalgħodu se jitressqu l-Qorti tlieta mill-erbgħa suspettati bil-bomba li tpoġġiet taħt il-karozza ta’ Mario Scicluna fil-Fgura fl-4 ta’ Jannar li għadda. Wieħed mis-suspettati huwa magħruf bħala Pawlu l-Kwartu, bit-tnejn l-oħra jkunu l-aħwa Farrugia. 
Dan wara li bl-Pulizija ta’ Malta, bl-għajnuna tas-Servizzi tas-Sigurta’ u tal-Forzi Armati ta’ Malta, ġew arrestati erba’ persuni f’operazzjoni b’rabta mal-każ ta’ bomba li tpoġġiet taħt vettura ġewwa l-Fgura, liema bomba ma kinitx ħadet.
L-operazzjoni bdiet kmieni l-Ħamis filgħodu wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet fejn l-arresti saru fil-Qajjenza, bl-investigazzjoni tkompli l-għada, il-Ġimgħa, f’Birżebbuġa.
It-tliet suspettati se jkunu qed jitressqu quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here