Home One News L-NDSF jiċċara dwar ix-xiri tal-ishma fil-Lombard Bank

L-NDSF jiċċara dwar ix-xiri tal-ishma fil-Lombard Bank

61
0
SHARE
Advertisement

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) ħabbar li ffirma ftehim biex jixtri l-ishma li l-bank Ċiprijott Cyprus Popular Bank għandu fil-Lombard Bank.

Qal li permezz ta’ dan il-ftehim, il-Fond kiseb mingħand il-bank Ċiprijotti aktar minn wieħed u għoxrin elf u sitt mitt elf sehem jew disa’ u erbgħin fil-mija tal-ismhma kollha maħruġin mil-Lombard Bank.

Fi stqarrija, il-Bord spjega li ħames snin ilu, il-bank Ċiprijott ġie mġiegħel jiddisponi mill-assi tiegħu inkluż dawk fil-Lombard Bank. Madankollu ngħad li kull sforz li sar sfuma fix-xejn.

Il-bord tal-Gvernaturi spjega li l-akkwist tal-ishma m’għandux l-għan ta’ xi investiment strateġiku iżda huwa intiż biss biex jipprovdi mod ġust u aktar faċli kif il-bank Ċiprijott jeħles mis-sehem maġġoritarju fil-Lombard Bank li huwa bank lokali stabbilit u rispettat u li huwa l-akbar azzjonist fil-Maltapost.

Sostna li l-miżura li ħa hija skont ir-regolamenti fosthom li jagħti sostenn lill-kummerċ. Iddikjara li l-fond se jaħdem biex inaqqas is-sehem tiegħu fil-Lombard Bank u li m’għandu ebda ħsieb li jinfluwenza t-tmexxija tal-bank u għalhekk mhu se jġib ebda bidla fil-kontroll preżenti tal-bank.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here