Home One News Is-17-il edizzjoni tal-festival tal-logħob tan-nar

Is-17-il edizzjoni tal-festival tal-logħob tan-nar

64
0
SHARE
Advertisement

Il-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar għal din is-sena se jerġa’ jittella’ fuq tliet serati, bl-ewwel waħda se ddawwal is-smewwiet fuq il-gżira tat-tliet għoljiet.

Il-ftuħ tas-sbatax-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-nar bit-tema Fejn in-Nar u l-Kultura jiltaqgħu flimkien, se jsir f’Għawdex is-Sibt fil-wieħed u għoxrin ta’ April bis-sehem tal-kamra tan-nar Phoenix Fireworks mir-Renju Unit u Rozzi Fireworks mill-Istati Uniti.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet din hija opportunità oħra sabiex aktar turisti jżuru lil Għawdex.

It-tieni spettaklu jissokta fis-sebgħa u għoxrin ta’ April f’Marsaxlok bis-sehem ta’ pirotekniċi Taljani u l-kamra tan-nar ta’ Santa Marija minn Ħal Għaxaq. L-ispettaklu se jkun imżewwaq bil-festa tradizzjonali Maltija fosthom bis-sehem tal-banda ddedikata lill-Madonna ta’ Pompei.

Il-qofol se jintlaħaq fl-appuntament annwali fil-Port il-Kbir fil-lejl tat-tlettin ta’ April. Hemmhekk se jittella’ l-akbar spettaklu ta’ nar sinkronizzat ma’ kant u muzika orkestrali miktuba apposta għall-okkażjoni u kantanti li se jkunu qegħdin iddoqu b’mod live.

Il-Ministru għat-turizmu Konrad Mizzi qal li l-Festival Internazzjonali għal-logħob tan-nar huwa attivita oħra li tiġbed lejha turisti waqt li jkunu għal btala f’pajjizna.

Bil-Ministru Konrad Mizzi qal li l-impenn tiegħu huwa li jittellgħu aktar attivitajiet għal nies ta’ kull età.

Il-festival se jikkumplimenta l-fatt li pajjiżna għandu t-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura bil-logħob tan-nar u l-imħabba tal-Maltin lejhom huma parti importanti mill-kultura Maltija.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here