Home One News Investiment ta’ miljun ewro fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira

Investiment ta’ miljun ewro fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira

68
0
SHARE
Advertisement

B’investiment ta’ madwar miljun ewro, kollox jinsab lest biex fil-ġimgħat li ġejjin jibda xogħol strutturali fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira.

Ix-xogħlijiet jinkludu sistema tal-elettriku ġdida u oħra kontra n-nar, kif ukoll l-installazzjoni ta’ lift li jiflaħ kemm siġġijiet tar-roti u anki stretchers.

Għaldaqstant dan se jagħmel liċ-ċentru aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà.

Ma’ dawn se jsiru wkoll xogħlijiet fuq barra tal-binja, li jinkludu restawr estensiv fuq il-faċċata, u l-introduzzjoni ta’ rampi skont il-linji gwida tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

Preżentament, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira joffri wieħed u għoxrin servizz lill-pazjenti tiegħu, fosthom klinika tad-dijabete, servizzi tal-oftalmoloġija u oħrajn tal-podjatrija.

Bir-restawr li se jsir, iċ-Ċentru se jikber b’tali mod li se jkun jista’ joffri tliet servizzi ġodda, kif spjegat il-Kap Eżekuttiv tal-Kura tas-Saħħa Primarja, Rosanne Camilleri.

Se nżidu l-physiotheraphy, bħalissa biex il-pazjenti tagħha jinqdew ikollhom imorru ġol-health centres oħra, once li nlestu r-refurbishment se jkunu jistgħu jinqdew mill-health centre tagħhom stess. Se jkun hawn ukoll il-chronic disease management clinic illum m’hawnx dan is-servizz u se jkun hawn ukoll il-well-baby clinic li llum m’hawnx so qed naraw li biż-żieda ta’ dan ikun paripassu mal-health centres l-oħra.

Minbarra t-turisti li jgħixu fl-akwati, dan iċ-ċentru jagħti wkoll servizzi lil tnejn u sebgħin elf persuna residenti f’pajjiżna, fil-lokalitajiet tal-Gżira, l-Imsida, Pembroke, San Ġwann, il-Kappara, Tas-Sliema, San Ġiljan, St. Andrew’s, Paceville, is-Swieqi, tal-Ibraġġ u Ta’ Xbiex.

Sakemm jitlestew ix-xogħlijiet, il-Gvern ħareġ sejħa biex jikri binja fil-Gżira jew fil-qrib biex minnha jingħataw is-servizzi bażiċi offruti miċ-Ċentru.

Is-servizzi l-oħra se jinqasmu bejn il-health centres tal-Floriana u ta’ Birkirkara. Se jkun hemm kampanja edukattiva biex inkunu nistgħu ninfurmaw lill-pubbliku aħjar u l-pubbliku jkun jista’ jiffolowja eżatt skont dak li nkunu qed nagħmlu aħna.

Ix-xogħol ta’ restawr fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira mistenni jkun lest sal-ewwel kwart tal-elfejn u dsatax.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here