Home One News Fil-Ġimgħa l-Kbira: Mixja mal-lejl b’riżq Puttinu

Fil-Ġimgħa l-Kbira: Mixja mal-lejl b’riżq Puttinu

95
0
SHARE
Advertisement

Il-ħmistax edizzjoni tal-mixja tal-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, mill-Mellieħa sal-Isla, reġgħet waslet! Bhas-snin ta’ qabel, il-fondi li jingabru huma b’risq Puttinu Cares, biex bosta familji li jmorru l-Inghilterra għall-kura jkunu jistgħu jiġu mgħejjuna.

Il-mixja ser issir sbieħ il-Ġimgħa l-Kbira, 30 ta’ Marzu.

Din is-sena, il-mixja se tibda iktar kmieni, fin-12:30am, mill-Pjazza tal-Mellieħa (u mhux mis-Santwarju tal-Madonna).

Trasport mill-Isla sal-Mellieha jibda fl-10pm tal-Hamis, 29 ta’ Marzu. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jagħti donazzjoni minima ta’ €10 lil Puttinu Cares.

Huwa importanti li biex ikun hemm trasport għal kulħadd il-pubbliku huwa mħeġġeġ iċempel fuq 99991800 u javża kemm se jkunu nies.

Trasport se jkun ipprovdut biss mill-Isla dritt għall-Mellieha, kemm qabel u kemm wara l-mixja.

Dan intqal fi stqarrija minn Puttinu Cares.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here