Home One News 23,000 sistema ta’ pannelli fuq il-bjut Maltin

23,000 sistema ta’ pannelli fuq il-bjut Maltin

75
0
SHARE
Advertisement

L-iskemi li daħħal il-Gvern bil-għan li l-familji Maltin jinvestu f’enerġija ġġenerata minn panelli fotovoltajiċi qed iħallu l-frott mixtieq. Dan hekk kif fuq il-bjut tar-residenzi tal-familji Maltin fil-preżent hemm installati wieħed u għoxrin elf sistema ta’ panelli fotovoltajiċi. Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-enerġija u l-ilma, Daniel Azzopardi, spjega li mill-iskema preżenti se jibbenefikaw 6,000 familja.

“Mid-data li għandna jidher li hemm madwar 21,000 dar li għandha sistemi ta’ panelli fotovoltajiċi fuq il-bejt u dawn il-maġġoranza tagħhom ibbenefikaw minn grant.”

 Il-familji Maltin ma kinux waħidhom li tefgħu flushom f’dawn is-sistemi li qed irendulhom tajjeb għall-investiment li għamlu. Fil-fatt kienu eluf il-kumpaniji li wkoll ħatfu l-iskemi offruti mill-Gvern u investew f’sistemi akbar biex naqqsu l-konsum b’mod drastiku.

Il-Kap Eżekuttiv spjega li jidher li  hemm madwar 23,000 bejt f’Malta li għandu sistemi ta’ panelli fotovoltajiċi li jvarjaw minn sistema ta’ tmien panelli sa erbà mitt panella.

 Fil-fatt pajjiżna jinsab mhux ‘il bogħod milli jilħaq il-mira tal-Kummissjoni Ewropea li sal-elfejn u għoxrin, għaxra fil-mija tal-enerġija tiegħu tkun iġġenerata minn għejjun li jiġġeddu bħalma hija x-xemx.

Il-Kap Eżekkutiv qal li pajjiżna diġá rnexxielu jilħaq seba fil-mija minn dil-mira li mistennija tintlaħaq permezz ta’ aktar solar farms li se nkunu qed naraw aktar minnhom f’Malta wara li l-privat ingħata l-opportunitá li jinvesti f’dan is-settur.

“Kellna żewġ skemi. Skema ta’ solar farm komunitarju fejn min m’għandux bejt setgħa jinvesti, din kienet ta’ suċċess kbir hekk kif kienu 366 familja li investew. Kellna ukoll sistema oħra fejn is-settur privat setgħa jinvesti f’solar farms ‘il fuq minn 1 megawatt. Kien hemm tender li bħalissa qed jiġi aġġudikat, li għalih saru erbatax-il bid.”

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here