Home Net News Saintfiet iħabbar l-iskwadra għal kontra l-Finlandja u l-Lussemburgu

Saintfiet iħabbar l-iskwadra għal kontra l-Finlandja u l-Lussemburgu

21
0
SHARE
Advertisement

Il-kowċ nazzjonali ta’ Malta Tom Saintfiet sejjaħ skawdra ta’ 25 plejer għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija li Malta għandha kontra l-Finlandja u l-Lussemburgu.

Fit-22 ta’ Marzu Malta se tilgħab kontra kontra l-Lussemburgu f’Ta’ Qali u erbat ijiem wara se tilgħab kontra l-Finlandja fil-belt ta’ Belek fit-Turkija.

Saintfiet spjega li l-plejers ta’ Hibernians Bjorn Kristensen u Johann Bezzina u l-midfielder ta’ Balzan Ryan Fenech ma ġewx mgħajjta minħabba li qegħdin jirkupraw minn injuries.

Barra minn hekk ġie mgħajjat ukoll il-Malti/Awstraljan ta’ Blacktown City, Mitchell Mallia, li qed jistenna l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet biex ikun jista’ jilbes il-flokk nazzjonali Malti.
Minkejja li għandu passaport Malti, huwa qed jistenna l-international clearance mill-FIFA wara li lagħab għall-Awstralja fil-livell ta’ taħt is-17 u t-23 sena.

Dawn il-partiti se jservu bħala tħejjija għall-Uefa Nations League li se tkun qed tieħu sehem fih Malta aktar tard matul din is-sena.

L-iskwadra msejjħa hija din:
Gowlkipers: Henry Bonello (Valletta); Andrew Hogg (Hibernians); Steve Sultana (Ħamrun Spartans).
Difensuri: Andrei Agius (Hibernians); Cain Attard (Birkirkara); Myles Beerman (Queen of the South, Skozja); Jean Borg (Valletta); Steve Borg (Valletta); Ryan Camilleri (Valletta); Sam Magri (Ebbsfleet United, Ingilterra); Zach Muscat (Arezzo, Italja); Michael Johnson (Balzan); Joseph Zerafa (Valletta).
Midfielders: Roderick Briffa (Gżira United); Triston Caruana (Ħamrun Spartans); Paul Fenech (Balzan); Luke Gambin (Luton Town, Ingilterra); Mitchell Mallia (Blacktown City, Awstralja); Rowen Muscat (Valletta); Steve Pisani (Floriana).
Attakkanti: Siraj Arab (Balzan); Alfred Effiong (Balzan); Jean Paul Farrugia (Chiasso, Żvizzera); Michael Mifsud (Valletta); Andrè Schembri (Apollon Limassol, Ċipru).

The post Saintfiet iħabbar l-iskwadra għal kontra l-Finlandja u l-Lussemburgu appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here