Home Net News Meħtieġa miżuri urġenti f’Montè Carmeli

Meħtieġa miżuri urġenti f’Montè Carmeli

16
0
SHARE
Advertisement

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista appella lill-Gvern biex jieħu l-miżuri urġenti u immedjati fl-Isptar Monte Carmeli għaliex is-sitwazzjoni hi diffiċli ħafna.

Fil-parlament Ivan Bartolo qal li l-problemi mentali qed jiżdiedu madwar id-dinja u qed jikber is-sens ta’ iżolament fejn kulħadd sar waħdu anki jekk ikunu ma’ persuni oħra. Is-solitudni saret ħafna iktar mixrufa u għalhekk jeħtieġ li t-terapija tingħata l-ispinta meħtieġa.

Jeħtieġ li l-istudenti jkunu mħajra jersqu lejn dan is-suġġett li hu mibni fuq l-imħabba lejn il-bniedem. Importanti li fl-Isptar Monte Carmeli jsiru r-riformi meħtieġa minħabba li qed isiru aspetti disturbanti.

Id-deputat Nazzjonlaista enfażizza l-importanza tal-kunsiderazzjoni tal-fmailja li huam element importanti ħafna, inkluż it-tfal.

The post Meħtieġa miżuri urġenti f’Montè Carmeli appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here