Home Net News L-AWSTRALJA: Periklu minn kukkudrilli u sriep waqt l-għargħar

L-AWSTRALJA: Periklu minn kukkudrilli u sriep waqt l-għargħar

18
0
SHARE
Advertisement

L-għargħar fl-Istat Awstraljan ta’ Queensland wassal għal sitwazzjoni xokkanti fejn ir-residenti ‘jistgħu jistennew li jaraw numru ta’ kukkudrilli u sriep’ fiz-zoni fejn ħadd ma qatt ħolom li jarahom f’ċirkustanzi normali.

Is-sitwazzjoni hi tant li d-Dipartiment għall-Ambjent ta’ Queensland ħareġ twissija għall-persuni fl-inħawi tal-għargħar indikati bħala ‘zoni ta’ periklu’.

It-twissija li ngħatat diversi shares fuq Facebook taqra li ‘il-kukkudrilli u s-sriep jistgħu jixirfu qalb iz-zoni residenzjali b’riżultat tal-ħalbiet kbar tax-xita li niżlu u l-għargħar sussegwenti’.

Dan l-allert qed japplika l-aktar għad-distretti lejn it-Tramuntana ta’ Queensland.

Iz-zona magħrufa bħala ‘crocodile country’ testendi mill-parti ta’ fuq tax-Xmara Boyne lejn il-punent u sal-fruntiera bejn Queensland u l-Istat Awstraljan ta’ Northern Territory.

Iżda d-Dipartiment għall-Ambjent u x-Xjenza wissa li l-għargħar jista’ imexxi lill-kukkudrilli lejn zoni ġodda li qatt qabel ma raw preżenza ta’ dawn ir-rettili’.

L-awtoritajiet wissew ukoll li ‘il-fatt li persuna tista’ ma tarax kukkudrill ma jfissirx li mhemmx il-preżenza potenzjali ta’ xi wieħed fil-qrib’. Dan meta l-kukkudrill magħruf  bħala annimal paċenzjuż ħafna u li jista’ jdum sa erba’ sigħat taħt l-ilma mingħajr ma jieħu nifs.

L-aħħar rapporti anki rreferew għal ‘diversi dehriet ta’ kukkudrilli u sriep’ waqt l-għargħar fi Queensland, bis-sriep ukoll mistennija li jfeġġu fl-aktar postijiet strambi.

Intant, in-nies qed ikunu mħeġġa biex jirrappurtaw kull dehra ta’ kukkudrill fuq hotline bl-isem ta’ CrocWatch.

L-għargħar tal-aħħar jiem fi Queensland, li laħaq l-ogħla livell għal snin, seħħ wara li x-xmajjar f’numru ta’ lokalitajiet telgħu l-art ‘b’veloċità straordinarja’ , b’numru ta’ bliet qrib il-kosta jiddikjaraw sitwazzjoni ta’ diżastru, bl-aċċess mill-art jinqata’ għal ħafna mir-residenzi.

The post L-AWSTRALJA: Periklu minn kukkudrilli u sriep waqt l-għargħar appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here