Home Net News Juncker: ‘Ir-Renju Unit se jiddispjaċih għall-Brexit’

Juncker: ‘Ir-Renju Unit se jiddispjaċih għall-Brexit’

18
0
SHARE
Advertisement

 

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, wissa li r-Renju Unit ‘għad irid jiddispjaċih’ għad-deċiżjoni li ħa biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea.

Juncker qal dan waqt diskors fil-Parlament Ewropew, u meta r-Renju Unit qed iħares lejn id-29 ta’ Marzu tal-2019 bħala d-data fejn jikkonkludi l-Brexit.

Intant, Guy Verhofstadt, il-President tal-Alleanza għal-Liberali u Demokratiċi għall-Ewropa (ALDE) fil-Parlament Ewropew, qal li r-Renju Unit issa jeħtieġ ‘jimxi ‘il hinn mis-soundbites u s-slogans’, iżda sostna wkoll li r-Renju Unit u l-UE huma ‘qrib ħafna ta’ ftehim dwar id-drittijiet taċ-ċittadini għal wara l-Brexit’.

Waqt id-diskors tiegħu fi Strasbourg, Juncker informa lill-Parlamentari Ewropej li hemm ‘dejjem aktar urġenza’ għan-negozjati tal-irtirar tar-Renju Unit mill-UE li jżommu ma’ struttura ordnata. Hu kompla li ma jridx li ċittadini tal-UE ‘jaqgħu vittmi tal-Brexit’ u insista bl-importanza li l-Istati Ewropej jiggarantixxu d-drittijiet ta’ dawn in-nies.

Juncker irrepeta li ‘mhux se jkun possibbli għar-Renju Unit li jagħżel dak li jixtieq hu biss’ fir-relazzjonijiet kummerċjali futuri ma’ Brussell. Filwaqt li sostna li hu kien jippreferi li kieku l-pajjiż baqa’ membru tal-Unjoni, Juncker qal li ‘il-Britanniċi jridu jifhmu li l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu kif inhuma ladarba huma għażlu li jinħallu mill-ftehim u r-regoli tal-UE’.

Fl-istess ħin, Juncker ħeġġeġ biex il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, ‘tippreżenta b’mod aktar ċar il-viżjoni għar-relazzjoni tagħha ( fil-futur) mal-UE’. Dan waqt li hu sejjaħ għal aktar proposti mill-Britanniċi dwar kif jevitaw fruntiera ‘bil-kontrolli riġidi (hard border)’ fl-Irlanda ta’ Fuq, meta din il-kwistjoni hi anki ‘waħda Ewropea u mhux biss tal-Irlandiżi’.

The post Juncker: ‘Ir-Renju Unit se jiddispjaċih għall-Brexit’ appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here