Home One News Id-dritt li wieħed jintesa: Il-gvern mhu se jitfa’ lil ħadd taħt it-tapit

Id-dritt li wieħed jintesa: Il-gvern mhu se jitfa’ lil ħadd taħt it-tapit

25
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici wiegħed fil-parlament li l-gvern mhux se jitfa’ taħt it-tapit nies li jkunu skuntaw sentenza 10 jew 12-il sena ilu u jkollhom il-kondotta mnaddfa għax għadda ż-żmien iżda jekk isir Google Search, il-fatt li xellfu difrejhom mal-Gustizzja jibqa’ jidher għax is-sentenza tinsab fuq l-internet.

Meta wieġeb lid-deputat nazzjonalista Therese Comodini Cachia, il-Ministru Bonnici qal li veru li fil-liġi tal-privatezza Maltija id-dritt biex wieħed jintesa mhux assolut u huwa għalhekk tidħol id-diskrezzjoni biex kontrollur joħloq bilanċ diffiċli f’każijiet ta’ nies li qed isibu diffikultà.

Viżibilment irrabjat għax membri tal-Oppożizzjoni qagħdu jidħku meta kien qed jitkellem, il-Ministru Bonnici qal li hu mhux wieħed li l-problemi ta’ dawn it-tip ta’ nies se jidħaq bihom. “Jien irrid noħloq il-ġustizzja fil-konfront ta’ dawn in-nies,” qal. Huwa appella biex iż-żewġ naħat jaqblu li din hija sitwazzjoni delikata ħafna.

Huwa qal li huwa miftuħ għal kwalunkwe suġġeriment li l-Oppożizzjoni jidhrilha li huwa kostruttiv li jista’ jsaħħaħ il-proposti eżistenti iżda ma jistax jaċċetta li jkun hemm min għaddewlu 12-il sena minn sentenza u għax għadu jidher fuq il-Google ma jistax jaħdem.

Il-Ministru qal li dawn il-każijiet bdew jitfaċċaw għax Google u l-Internet saru għodda b’saħħitha ħafna aktar milli qatt kienu fl-aħħar ħamsa-għaxar snin.

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar din is-sitwazzjoni se ssir sensittiva. Huwa bassar li għad jasal ż-żmien li fil-pubbliku jgħidu li l-ewwel darba li qatt kien hawn diskussjoni kien fl-2018 meta qam għall-ewwel darba d-dritt li tkun minsi għax din se tkun kruċjali għaċ-ċittadin.

Huwa enfasizzsa li r-rekord uffiċjali mhux se jintmessu. Huwa akkuża lill-membri tal-Oppożizzjoni li qed jitfgħu taħt it-tapit ta’ nies li ġenwinament jgħaddu minn diffikultà għax titla’ xi ħaġa ta’ 10 snin qabel li ġieli anqas biss ikollha x’taqsam magħhom.

“Għal dawn ir-realtajiet, jiena nittifjuta li ikun trux. Għal dawn ir-realtajiet, jiena nirrifjuta li nitfagħhom taħt it-tapit.

“La darba l-liġi tal-protezzjoni tad-data titfa’ obbligi fuq id-data controller u d-data user għandu d-drittijiet tiegħu, tlabt lid-Direttur Ġenerali jikkonsulta mad-Data Protection Commissioner ħa nagħmlu dak li huwa ġust u dak li huwa sewwa.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here