Home One News Isma’: Jittella’ b’suċċess l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

Isma’: Jittella’ b’suċċess l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

30
0
SHARE
Advertisement

L-Għanja tal-Poplu–Zgħażagħ 2018 ittella’ fit-tmiem nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu,  fit-Teatru ta’ San Benedittu ġewwa Ħal Kirkop fejn il-kantanti parteċipanti kellhom bejn il-11 u s-16-il sena.

Il-kanzunetta Dwell interpretata minn Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Dario Bezzina, kienet l-aħjar kanzunetta fil-kategorija minn 13 sa 16-il sena u  rebħet din l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ.

Il-kanzunetta Il-Ħolma kantanta minn Riona Degiorgio fuq kliem ta’ Raymond Mahoney u mużika ta’ Dominic Cini kisbet il-premju ta’ l-aħjar kanzunetta interpretata minn kantanta mis-sezzjoni ta’ età minn 11 sa 12-il sena.

Il-kantanti kienu akkumpanjati minn ensemble mill-Malta Concert Orchestra, taħt it-tmexxija tal-Maestro Joe Brown. Corażon Mizzi flimkien maż-żgħażagħ Kayley Cuschieri u Nathan Aquilina ippreżentaw il-festival.

Intant il-mistiedna speċjali kienu il-Maestro Vincenzo Sorrentino mill-Italja li dderiġa l-ensemble għal tlett kantanti żgħażagħ Taljani promettenti Francesco Puzo, Rosario Lanzara u Luca Rossin.

L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ittella’ mill-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni , l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ u l-MCAST. Il-Malta Concert Orchestra ta’ Pjazza Teatru Rjal offriet is-servizz ta’ ensemble ta’ 16-il mużiċist.

Isma’ l-kanzunetta rebbieħa: Dwell


 

L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here